Wednesday, April 17, 2024

Varat il-villaġġ tal-Milied ‘The Magical Illuminated Trail and Christmas Village’

Aqra wkoll

Matul il-ġimgħat li ġejjin, familji f’pajjiżna u turisti ser ikollhom l-opportunità li jgawdu l-ispirtu tal-Milied permezz tal-attrazzjoni bl-isem ‘The Magical Illuminated Trail and Christmas Village’ fil-Palazz tal-Verdala, ir-Rabat. Din l-attrazzjoni tinkorpora strutturi ta’ annimali, karattri fantasiċi, kreaturi tal-baħar kif ukoll strutturi oħrajn kollha marbutin ma’ xeni tal-Milied. Dawn id-dettalji tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha attendew il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef, rappreżentanti tal-Malta Community Chest Fund (MCCF), fosthom Marlene Mizzi, kif ukoll Sarah Aquilina, il-Koordinatur għal Attivitajiet fi ħdan Illuminated Trail Malta.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo saħaq li dawn l-attrazzjonijiet jirrappreżentaw valur miżjud għall-esperjenza turistika Maltija fi żmien il-Milied. “Din l-attrazzjoni hija xhieda tal-impenn u l-innovazzjoni li għandna bħala pajjiż biex inkomplu nsaħħu l-prodott turistiku tagħna matul is-sena kollha. Il-Milied iġib miegħu iżjed attività b’mod ġenerali u għalhekk għandna obbligu bħala gvern li lill-familji u anke lit-turisti noffrulhom ambjent sabiħ tal-Milied li fih ikunu jistgħu jgawdu lill-għeżiez tagħhom bl-aqwa mod possibbli”, qal il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef qal li bħala awtorità huwa dejjem ta’ pjaċir li toffri l-appoġġ għal din l-attrazzjoni unika għal dawk il-familji li jżuru pajjiżna f’dawn iż-żminijiet ta’ festi u anke lill-familji lokali. Dan filwaqt li jinġabru l-fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation, li tagħmel tant ġid fost dawk kollha li jkunu fil-bżonn.

Ekonomija

Sport