Matul din il-ġimgħa beda t-tieni round tal-VMFA Cisk Premier League fejn kellna erba’ partiti.
Floriana – Żejtun Red Stars 9-3.
Il-leaders tal-VMFA Cisk Premier League Floriana komplew iżommu l-konsistenza tagħhom hekk kif għelbu lil Żejtun Red Stars 9-3.
Manolito Micallef, Glenn Bonello, Christian Cassar u Gilbert Scerri skorjaw doppjetta kull wieħed b’Andy Portelli li wkoll niżżel ismu fost l-iskorers.
Żejtun naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ gowls minn Renjos Farrugia, Chris Farrugia u Charlo Magro.
Gżira United – Hibernians 10-3
Fit-tieni post tal-klassifika hemm Gżira United li ddominaw il-konfront kontra Hibernians tant li rebħu 10-3.
Kevin Sammut skorja hat-trick filwaqt li Ian Zammit u Rio Micallef kienu awturi ta’ doppjetta kull wieħed. Sebastian Nayar, Justin Grioli u Daniel Mariano Bueno żiedu aktar gowls għall-Maroons.
Beppe Antignolo skorja doppjetta għal Hibernians.
Birkirkara St Helen’s – Żurrieq Wolves 4-1
Birkirkara St Helen’s kisbu l-ħames rebħa staġjonali wara skor ta’ 4-1 kontra Żurrieq Wolves.
Firaz Aboulezz skorja doppjetta għall-Karkariżi filwaqt li Jean Pierre Mifsud Triganza u Aryton Buhagiar għaqqdu l-erba’ gowls għat-tim tagħhom.
Mario Camilleri skorja l-uniku gowl għal Żurrieq.
MFPA – Rabat Veterans 6-6
F’logħba sabiħa u mimlija gowls, iċ-champions MFPA sfaw miżmuma fi draw ta’ 6-6 minn Rabat Veterans.
Adam Smeir kompla jżomm l-appuntament mal-gowl meta skorja tliet gowls filwaqt li Timothy Zammit, Gilbert Camilleri Lowell u awtogowl tal-goalkeeper Reuben Gauci żiedu aktar gowls għall-Magpies.
Għal Malta Football Players Association kien hemm hat-trick ta’ Aleksandar Ribic filwaqt li George Frendo, Michael Galea u Mark Barbara għaqqdu s-sitta għat-tim tagħhom.
KLASSIFIKA
Floriana 21, Gżira United 19, Birkirkara St Helen’s 17, MFPA 16, Rabat 11, Żurrieq Wolves 6, Hibernians 3, Żejtun Red Stars 0