Saturday, September 7, 2024

Victor Osimhen jippreferi l-MLS iktar mis-Saudi Pro League

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Niġerjan Victor Osimhen kien qed jitkellem f’intervista ma’ ġurnal Taljan fejn il-kliem waqa’ dwar il-futur tiegħu.

Osimhen qal li bħalissa hu jinsab ma’ Napoli iżda l-ġejjieni ħadd ma jafu. Mistoqsi fejn jixtieq jilgħab bejn il-Major League Soccer Amerikana jew is-Saudi Pro League, Osimhen qal li iktar jippreferi jmur fl-Istati Uniti għax jarah kampjonat milgħub mill-qalb iktar milli bil-flus u barra minn hekk jixtieq jilgħab ma’ Lionel Messi.

Aktar qabel, Al Hilal kienu poġġew l-offerta tagħhom fis-sajf, iżda ma ġie materjalizzat l-ebda trasferiment.

Ekonomija

Sport