Tuesday, May 14, 2024

Viking’s Topline bit-tieni suċċess infila fil-Premier

Aqra wkoll

F’idejn sidu stess, Eugenio Bondin, kien l-Iżvediż Viking’s Topline li ħareg rebbieħ fit-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd waranofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata ghal żwiemel tal-klassi Premier, saret fuq distanza qasira ta’ 2140m u għamlet parti mir-raba’ laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha tat-trott.

Tnax kienu ż-żwiemel li ħadu sehem fit-tiġrija prinċipali. Viking’s Topline (Eugenio Bondin) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Alf De Melandre (Rodney Gatt) u Crack Du Tillet (Andrew Farrugia). 200 metru mit-tmiem iż-żiemel ta’ Bondin kien għadu jiġri b’saħħtu u rnexxielu jieħu t-tieni rebħa konsekuttiva wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta’ Alf De Melandre u Joe Hoo Lee (Matthew Sammut). Baron De Majuag (Alessandro Grech) temm fir-raba’ pożizzjoni. Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.14.1” fil-kilometru.  

Il-laqgħa inkludiet ukoll żewġ tiġrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel waħda l-Ġermaniza What You Want (Rodney Gatt) kienet il-ħin kollu quddiem u qasmet il-linja finali l-ewwel b’vantaġġ ta’ żewġ tulijiet minn Amiral De Beaulieu (Noel Baldacchino) u Whataboutyou Zaz (Paul Galea). Chouchou Loulou (Jesmar Gafa’) temm ir-raba’. Għar-rebbieħa din kienet l-ewwel rebħa tas-sena.  

It-tieni tiġrija mill-istess kategorija kienet ikkaratterizzata minn dwell eċċitanti fl-aħħar metri bejn żewġ żwiemel ġodda. Kien il-Franċiż Doudou De Bouere (Jean Claude Pace) li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna mid-Daniż Cutty Sark (Eman Attard). Mooney (Mark Mifsud) u Janske (Charles Camilleri) daħlu warajhom f’dik l-ordni. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gayle Galbe (C. Vassallo) Ħin – 2.42.7” (1.16”) 2. Friend (N. Azzopardi) 3. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 4. Giminy Cricket (C. Gauci)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Fuego Du Granou (D. Baldacchino) Ħin – 2.45.4” (1.17.3”) 2. Digital Life (G. Azzopardi) 3. Fakir Piya (R. Gatt) 4. Delicious Charm (V. Ghigo) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Bolide Atout (J. Pisani) Ħin – 2.43.4” (1.16.4”) 2. Onas My (M. Fenech) 3. Crack De Bas (P. Galea) 4. Cinq Trois (A. Farrugia) 

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. What You Want (R. Gatt) Ħin – 2.43.4” (1.16.4”) 2. Amiral De Beaulieu (N. Baldacchino) 3. Whataboutyou Zaz (P. Galea) 4. Chouchou Loulou (J. Gafa’) 

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Denka Du Frau (J. Gafa’) Ħin – 2.42.5” (1.15.9”) 2. Uranus Tepol (C. Cassar) 3. Samson Ris (D. Gatt) 4. Decoster Vallee (N. Baldacchino) 

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Doudou De Bouere (J.C. Pace) Ħin – 2.40.2” (1.14.9”) 2. Cutty Sark (E. Attard) 3. Mooney (M. Mifsud) 4. Janske (C. Camilleri) 

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Viking’s Topline (E. Bondin) Ħin – 2.38.5” (1.14.1”) 2. Alf De Melandre (R. Gatt) 3. Joe Hoo Lee (M. Sammut) 4. Baron De Majuag (A. Grech)

VIII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Gosse Fredano (N. Barbara) Ħin – 2.39.3” (1.14.5”) 2. Douglas (R. Gatt) 3. Faon De La Vitard (J. Gafa’) 4. Gaz Heuveland (P. Galea)  

Sport