L-attakkant internazzjonali Brażiljan Vinicius Junior jinsab jaffaċċja xi ftit tal-problemi hekk kif kien suġġett ta’ kritika kontinwa mill-partitarji rivali minħabba l-attitudni tiegħu fil-grawnd.. L-imġieba tiegħu ġġenerat frustrazzjoni f’ħafna grawnds fi Spanja u wkoll beda jdejjaq lil sħabu stess fid-dressing room.
Il-winger ta’ 24 sena kien protagonist ta’ bosta ġlied mar-rivali u r-referees, li akkumula aktar kontroversji milli tifħir fl-aħħar ġimgħat. It-tmexxija ta’ Los Merengues mhux jaħbu li xi kultant qed iħossuhom skomdi u qed jikkunsidraw li jaċċettaw offerti mill-Arabja Sawdija li veramant qed jinteressaw ruħhom fih.