Saturday, November 7, 2026
Home Sport Viterа Running & Triathlon jikklassifika fil-ħames post f’Ironman 70.3 Turkiye

Viterа Running & Triathlon jikklassifika fil-ħames post f’Ironman 70.3 Turkiye

0
54

Il-club Malti Vitera Running & Triathlon kiseb riżultat notevoli f’Ironman 70.3 Turkiye, fejn spiċċa fil-ħames post minn total ta’ 198 fil-klassifika ġenerali tal-klabbs.

Dan ir-riżultat huwa kisba importanti għall-club li beda l-avventura tiegħu fit-triathlon tliet snin ilu biss.

Il-ħames post miksub f’kompetizzjoni internazzjonali bħal din jirrifletti d-dedikazzjoni, l-impenn u x-xogħol li wettqu l-atleti tal-club matul dawn l-aħħar snin.

Għal Viterа Running & Triathlon, din il-kisba hija wkoll konferma tal-progress li għamel fi żmien relattivament qasir, u timmarka pass importanti fl-iżvilupp tiegħu fix-xena tat-triathlon.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here