L-attakkant internazzjonali Serb Dusan Vlahovic mhux beħsiebu jġedded ma’ Juventus sabiex se jkun qed jingħaqad ma’ tim ieħor fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Riċentement hu kien avviċinat minn Fenerbache li huma mmexxija mill-kowċ Jose Mourinho iżda għal xi raġuni jew oħra m’aċċettax. Issa l-għan tiegħu hu li jilgħab fil-Premier League Ingliż hekk kif numru ta’ klabbs qed ifittxu s-servizzi tiegħu.
Vlahovic għandu 25 sena u fil-passat lagħab ukoll ma’ Partizan u Fiorentina.