Luxol ħasdu lil Gżira United u rebħulhom 5-4 f’waħda mill-iktar partiti mistennija mill-11-il ġurnata tal-VMFA Cisk Premier League.
It-tim minn St Andrews beda tajjeb u minkejja li l-Maroons dejjem baqgħu wara l-avversarji, huma baqgħu sodi sabiex kisbu tliet punti li jtellgħuhom aktar ‘il fuq fil-klassifika.
Manolito Micallef kien il-protagonista għall-Vjola meta skorja żewġ gowls b’Michael Galea, Mauro Camoranesi u Luke Satariano li għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.
Ian Zammit kien awtur ta’ tripletta għal Gżira filwaqt li Shaun Bajada żied ieħor.
Iċ-champions MFPA approfittaw minn dan ir-riżultat sabiex telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal- hekk kif għelbu lil Birkirkara St Helen’s 3-1.
Il-Malta Football Players Association komplew bit-triq tal-progress tagħhom fejn wara bidu ħażin, issa ġew f’tagħhom fl-aqwa mument tal-kampjonat.
Thomas Paris skorja doppjetta għal MFPA filwaqt li Roderick Bajada wkoll niżżel ismu fost l-iskorers.
Birkirkara skorjaw l-uniku gowl permezz ta’ Ayrton Buhagiar.
Rabat Veterans ħadu ftit tan-nifs fil-klassifika tagħhom hekk kif b’wirja mill-aqwa għelbu lil Żejtun Red Stars 7-4.
Ibrahim Tarek kien fundamentali għar-Rabtin hekk kif skorja tliet gowls b’Adam Smeir li kien awtur ta’ doppjetta personali. Timothy Zammit u Dylan Falzon kienu wkoll fost l-iskorers għat-tim tagħhom.
Nikolay Filipov u Matthew Borg skorjaw doppjetta kull wieħed għal Żejtun.
Hibernians irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Żurrieq Wolves 3-2. Ma kinitx logħba faċli għall-Pawlisti hekk kif iż-Żrieraq kienu dejjem fil-partita għalkemm fl-aħħar mill-aħħar xorta ħarġu b’idejhom vojta minn din il-partita.
Mauro Brincat skorja doppjetta għal Hibernians b’Ilia Nazarov li żied ieħor. Żurrieq irrispondew permezz ta’ gowls minn Robert Zammit u Alistair Camilleri.
KLASSIFIKA – VMFA CISK PREMIER LEAGUE
MFPA 23, Gżira United, Birkirkara St Helen’s 22, Hibernians 18, Luxol 16, Rabat Veterans 13 , Żejtun Red Stars 12, Żurrieq Wolves 3