Monday, December 9, 2024

Waħda mill-aħjar plejers tat-table tennis tħalli kollox biex tieħu ħsieb residenti fid-Dar tal-Kleru

Aqra wkoll

Jessica Pace hija waħda mill-aħjar plejers tat-table tennis f’pajjiżna. Pace hija tfajla ta’ 25 sena, modesta bi tbissima fuq fommha u b’qalb tad-deheb.

Meta ma tkunx qed tipprattika dan l-isport hija tiddedika ħajjitha tieħu ħsieb lill-anzjani u qassisin fid-Dar tal-Kleru. Minkejja t-talent tagħha, Pace warrbet kollox biex tgħix ma’ dawn il-pazjenti u fl-istess waqt tiggarantixxi l-protezzjoni tagħhom 24 siegħa kuljum.

Pace qalet li huwa żmien iebes għar-residenti ta’ din id-dar. Qalet li dawk li kienu mdorrijin biż-żjarat mill-qraba tagħha. Hija kompliet tgħid li kellha tieħu din id-deċiżjoni minħabba li f’dan il-mument għandhom bżonn is-sapport tagħha. Hija kompliet tgħid li “Ftit mill-ħin tiegħi bħalissa jistgħu jtaffu ftit mill-ħsibijiet tagħhom, isibu id li jistgħu jagħfsu f’tagħhom meta jħossuhom imbeżżgħin u xi ħadd li jistgħu jafdaw fih”.

Pace spjegat li ma kinitx deċiżjoni faċli u li mhux biss ma ħallietx ir-residenza, iżda kellha titbiegħed mill-familja tagħha.

“Insejt meta l-aħħar li għannaqt lil ħija”

Jessica Pace

Minkejja dan kollu, it-tfajla tgħid li li kieku kellha teġa’ lura tieħu l-istess triq għax is-sodisfazzjon li tħoss meta sservi bħala infermiera ma tistax tiddeskrivih. Pace temmet tgħid li meta tagħmel xi ħaġa ma’ xi ħadd se tirċievi ħafna aktar lura u li l-ħlas ta’ dan kollu mhumiex il-flus iżda l-paċi f’qalbek. 

Ekonomija

Sport