Il-kowċ tat-tim Olimpiku ta’ Franza Thierry Henry jista’ jkollu rwol ieħor wara li jgħaddu l-logħob ta’ Pariġi 2024 hekk kif il-federazzjoni tal-futbol ta’ Wales ikkuntattjatu sabiex jieħu r-riedni tat-tim nazzjonali ta’ pajjiżhom.
Wales waslu fit-tielet post tal-grupp ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2024 sabiex fallew milli jaslu fil-fażi finali li għaddejja f’dan iż-żmien.
Henry jista’ jieħu post Robert Paige li telaq mill-kariga ftit tal-ġimgħat ilu.