Napoli ħabbru li l-coach, Walter Mazzarri, se jieħu post Rudi Garcia li ġie mkeċċi mill-kariga tiegħu wara t-telfa ta’ 1-0 f’darhom kontra Empoli, il-Ħadd li għadda. Mazzarri se jmexxi lit-team sa tmiem l-istaġun biex imbagħad jintgħażel wieħed permanenti. Huwa kien coach ta’ Napoli bejn l-2009 u l-2013.
Min-naħa ta’ Garcia, dan sar jaf li ntemmlu l-kuntatt b’mod ħesrem minn aħbar fuq il-website uffiċjali tal-club li kienet tgħid: “Napoli ddeċiedew li jirrevokaw il-kariga tal-coach ewlieni Rudi Garcia. Il-club jixtieq jirringrazzja lilu u lill-istaff tiegħu tal-impenn tagħhom sal-ġurnata tal-lum.”
Il-coach Franċiż se jingħata €2.8 miljuni, jiġifieri, is-salarju kollu tal-kuntratt tiegħu. Qabel tħabbar Mazzarri, Igor Tudor kien il-kandidat ewlieni iżda l-laqgħa li kienet skedata qatt ma saret.