L-Inġiniera u t-tekniċi ta’ Enemalta qed jaħdmu biex jagħtu lura l-provvista tal-elettriku lill-konsumaturi wara li żviluppa nar fuq wieħed mill-cables li jissuplixxi lill-Għawdex.
It-Tlieta filgħaxija żviluppa nar f’wieħed mill-cables, bil-konsegwenza li kien hemm interruzzjoni fil-provvista ta’ l-elettriku lejn Għawdex. Dan in-nar impatta cable ieħor fil-viċin li kien qiegħed jintuża wkoll biex jissuplixxi l-konsumaturi f’Għawdex.
Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili issejħu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Bħala miżura ta’ prekawzjoni u biex tassigura s-sigurta ta’ dawk kollha involuti, l-Enemalta kellha titfi l-cables li jinsabu ġewwa l-culvert.
It-timijiet tad-distribuzzjoni tal-Enemalta ħadu l-miżura kollha meħtieġa biex gradwalment jagħtu l-provvista lura lil Għawdex.
Enemalta tirringrazzja lill-ħaddiema tas-CPD kif ukoll l-inġiniera u t-tekniċi tagħha għall-ħidma u l-effiċjenza tagħhom.