Wednesday, September 2, 2026
Home Sport Waterpolo 4×4: Malta tikseb it-tieni rebħa kontra l-Litwanja fil-Kampjonati Open tal-World Aquatics

Waterpolo 4×4: Malta tikseb it-tieni rebħa kontra l-Litwanja fil-Kampjonati Open tal-World Aquatics

0
50

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo 4×4 reġa’ lura għar-rebħ fil-Kampjonati Open tal-World Aquatics meta għeleb l-isfida tal-Litwanja 3-1 f’Dubrovnik fil-Kroazja.

Kienet meħtieġa reazzjoni medjata mill-Maltin u din tabilħaqq waslet. Dan wara li wirja qalbiena ma kinitx biżżejjed biex jevita ta’ 3-0 nhar it-Tlieta kontra l-Kroazja.

Nhar l-Erbgħa, il-plejers Maltin kienu determinati li jerġgħu lura għar-rebħ meta ddominaw l-ewwel sessjoni u rebħuha bl-iskor ta’ 4-0.

Il-gowls ta’ Malta ġew minn żewġ gowls kmieni minn Sam Gialanze, bl-oħrajn skurjati minn Julian Valletta u Liam Galea, li approfittaw minn sitwazzjonijiet ta’ man-up.

Il-Litwanja ppruvat twettaq reazzjoni fit-tieni sessjoni iżda l-plejers Maltin irnexxielhom iżommu l-vantaġġ biex jirreġistraw it-tieni punt tagħhom meta rebħu s-sessjoni 3-2.

Alec Fenech u Liam Galea poġġew lit-tim 2-1 qabel ma Stevie Camilleri assigura r-rebħ ta’ din is-sessjoni bit-tielet gowl minn sitwazzjoni ta’ man-up 30 sekonda mit-tmiem.

Fit-tielet sessjoni, il-Litwanja ċaħdet lil Malta ċ-ċans li ttemm il-logħba hekk kif rebħu s-sessjoni 3-2.

L-aħħar sessjoni kienet waħda bilanċjata, biż-żewġ timijiet jaqsmu erba’ gowls. Liam Galea u Alec Fenech skorjaw penalty kull wieħed.

Stevie Camilleri kellu ċ-ċans li jpoġġi lit-tim 3-2 minn fuq iżda falla penalty.

Ta’ dan il-Maltin pattew qares hekk kif il-Litwani skorjaw minn penalty biex kollox kellu jipi deċiż fir-raba’ sessjoni.

Malta kisbet vantaġġ ta’ 4-1 grazzi għal gowls minn Sam Gialanze (2), Liam Galea u Stevie Camilleri.

Il-Litwanja skorjat żewġ gowls biex b’hekk kien hemm tmiem eċitanti tal-partita, iżda Liam Galea ssiġilla r-rebħa b’penalty meta kein għad fadal erba’ sekondi biss għal tmiem il-partita.

Malta se tkun fl-azzjoni mill-ġdid għada l-Ħamis meta tiffaċċja lir-Russja, li huma meqjusa bħala wieħed mit-timijiet favoriti biex jirbħu dan it-turnew.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here