Marsaxlokk…………………8
Birzebbugia………………13
(4-5, 1-2, 2-4, 1-2)
Wara li kienu rebħu l-ewwel play-off tal-finali bl-iskor ta’ 9-6, Birzebbugia, rebħu t-tieni play-off kontra Marsaxlokk bl-iskor ta’ 13-8, biex b’hekk rebħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.
L-ewwel sessjoni rreġistrat xejn inqas minn disa’ goals, b’Birzebbugia joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-4, bil-goals jaslu minn Darko Brguljan, Giuseppe Mannino minn man-up wara li tkeċċa Luigi Mallia, Balazs Erdelyi, Malcolm Manara u Keith Tanti. Għal Marsaxlokk wieġbu Alistair Cook, Max Zammit u Julian Valletta minn man-up wara li tkeċċa Neil Cassar.
Birzebbugia rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor strett ta’ 2-1, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Malcolm Manara minn man-up wara li tkeċċa Ryan Galea u Darko Brguljan. Luigi Mallia skorja l-uniku goal għax-Xlukkajri.
Birzebbugia ttrijonfaw ukoll fit-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bil-goals għalihom jaslu miinn Balazs Erdelyi (2), Darko Brguljan u Jacob Sciberras. Max Zammit minn man-up wara li tkeċċa Darko Brguljan u Alistair Cook ukoll minn man-up wara li reġa’ tkeċċa Darko Brguljan wieġbu għax-Xlukkajri.
Bħalma għamlu fit-tieni sessjoni, fl-aħħar sessjoni Birzebbugia ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals jaslu mill-captain David Cutajar u Peter Borg. Alistair Cook skorja l-uniku goal għal Marsaxlokk.
Marsaxlokk: 1-Miguel Farrugia, 2-Jamie Borg Tabone, 3-Ben Zammit, 4-Max Farrugia, 5-Giancarlo Gatt, 6-Julian Valletta (1), 7-Max Zammit (3), 8-Massimo Aquilina, 9-Ryan Galea, 10-Sasa Misic, 11-Alistair Cook (3), 12-Luigi Mallia (2), 13-sam Mifsud Coach: Aleksandar Ciric
Birzebbugia: 1-Matthew Sladden, 2-Peter Borg (1), 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech, 5-Darko Brguljan (3), 6-Malcolm Manara (2), 8-David Cuatjar (1), 9-Balazs Erdelyi (3), 10-Keith Tanti (1), 11-Giuseppe Mannino (1), 12-Miguel Curmi, 13-David Cleavon Borg, 14-Jacob Sciberras (1), 15-Dwayne Farrugia Coach: Pierre Borg
Referees: Luca Bianco, Massimo Angileri