M’SKALA FISH AND FISH………. 11
BIRŻEBBUGIA……………………… 15
(4-5, 2-6, 2-1, 3-3)
Birzebbugia meritatament rebħu l-Meridianbet Cup b’rebħa ta’ 15-11 fuq Marsaskala.
Huma rebħu l-ewwel u t-tieni sessjoni bl-iskors rispettivi ta’ 5-4 u 6-2, b’Marsaskala jwettqu reazzjoni tajba fit-tielet sessjoni u jirbħuha bl-iskor ta’ 2-1, bir-raba’ u l-aħħar sessjoni tintemm f’paritá ta’ 3-3.
Għal Birzebbugia l-aqwa skorer kien Max Aquilina li rreġistra poker personali, filwaqt li għal Marsaskala spikka Dimou li rreġistra hat-trick personali.

Fi tmiem il-logħba, il-captain ta’ Birzebbugia Nicholas Bugelli ġie ppreżentaw bit-trofew mill-President tal-ASA Karl Izzo flimkien mal-Operations Manager ta’ Meridianbet Byron Falzon.
Marsaskala: L. Gatt, D. Ciantar, T. Fenech (1), J. Pace Mizzi (1), J. Simpson, M. Soler (1), C.J. Saliba (1), N. Rizzo, K. Grech (1), J. Brownrigg, M. Mannino (1), D. Dimou (3), Z. Dzanovic, P. Tabone (2), T. Camilleri
Birżebbuġa: M. Sladden, N. Bugelli (1), M. Cassar (1), J. Abdilla, J. Ciantar (2), M. Manara (2), S. Vidovic (3), A. Aquilina, D. Farrugia, M. Cutajar (1), M. Aquilina (4), M. Curmi (1), S. Livori, L. Axisa, J. Falzon
Referees: Mattia Gomez, Ronnie Spiteri

