VALLETTA ………… 14
EXILES ……………. 15
(4-5, 5-2, 1-6, 4-2)
Exiles żammew il-Promotion Cup li rebħu s-sena l-oħra meta kisbu rebħa stretta iżda meritata ta’ 15-14 kontra Valletta. Iż-żewġ timijiet kienu diġà kkonfermaw posthom fil-Kampjonat Premier qabel ma ntlagħbet il-logħba.
Kienet logħba mimlija intensità u impenn miż-żewġ settijiet ta’ plejers. Il-punt kruċjali kien it-tielet sessjoni fejn Exiles qalbu żvantaġġ ta’ żewġ gowls f’vantaġġ ta’ tliet gowls li kważi tilfu sakemm żammew vantaġġ strett sal-aħħar.

Exiles rebħu l-ewwel u t-tielet sessjoni bl-iskor rispettivi ta’ 5-4 u 6-1, filwaqt li Valletta trijonfaw fit-tieni u r-raba’ sessjoni bl-iskors ta’ 5-2 u 4-2 rispettivament.
Għal Exiles, l-aqwa skorer kien Kostantin Averka b’ħames goals, waqt li għal Valletta spikka ferm is-Serb Lazar Vickovic li wkoll skorja ħames goals.
Fi tmiem il-logħba, Exiles ġew preżentati bi trofew bil-preżentazzjoni ssir mill-President tal-ASA Karl Izzo lill-captain Kurt Griscti.
Valletta: A. Bugeja, G. Sammut (1), M. Carani, J. Sciberras, J. Colombo, L. Vickovic (5), M. Zammit (4), D. Tully, K. Borg, K. Erdogan (3), M. Chircop (1), K. Cremona, G. Borg, N. Saliba, Z. Galea
Exiles: A. Borg Cole, D. Zahra (1), Z. Micallef (1), D. Pace Lupi (2), M. Martellacci, F. Scardino, M. Fenech (1), K. Griscti, K. Averka (5), K. Tanti, K. Navarro, N. Bonavia (1), M. Brimmer, A. Cook (4), G. Schembri
Referees: William Isaja, Alex de Raffaele

