Wednesday, June 24, 2026

Żewġt irġiel isofru ġrieħi gravi wara waqgħa f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-2.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi blokka t’appartamenti, fi Triq l-Aħmar, Wied il-Għajn.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li żewġ Sirjani ta’ 26 u 18-il sena kienu qed jaħdmu f’xaft u waqgħu.

Fuq il-post issejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li assistew lill-ħaddiema, u wara ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanzi. Aktar tard, huma ġew ċċertifikati li sofrew minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, kif ukoll tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport