Monday, July 13, 2026
Home Sport Waterpolo: Faċli għal Ta’ Xbiex

Waterpolo: Faċli għal Ta’ Xbiex

0
9
ritratt: Mark Mangion

TA’ XBIEX………………….. 18

BARRACUDAS………………. 4

(4-3, 4-0, 4-1, 6-0)

Ta’ Xbiex ikklassifikaw fit-tieni post tal-Meridianbet Cup b’rebħa faċli ta’ 18-4 fuq Barracudas.

Kien biss fl-ewwel sessjoni li Barracudas żammew il-pass mal-avversarji, hekk kif sfaw megħluba bl-iskor strett ta’ 4-3, iżfa mit-tieni sessjoni ‘l quddiem Ta’ Xbiex ħadu l-kmand assolut tal-logħba hekk kif rebħu din is-sessjoni bl-iskor ta’ 4-0 qabel  rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, filwaqt li fir-raba’ sessjoni, skorjaw sitt goals mingħajr risposta.

Għal Ta’ Xbiex spikkaw ferm Cutajar u Pelicaris li bejniethom skorjaw xejn inqas minn 12-il goal – sitt goals kull wieħed, filwaqt li l-erba’ goals għal Barracudas waslu minn doppjetta personali ta’ Pursehouse u goal kull wieħed għal Massa u Schembri Young.

 Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia, V. Figliomeni (2), S. Cutajar (6), S. van Wyk (1), G. Bonavia, R. Greco, R. Pelicaric (6), J. Zammit (2), J. Culic, R. Spiteri, Z. Campbell, Z. Attard, N. Castillo, J. Dimech (1)

Barracudas: S. Bowman, H. Brincat, A. Magri, L. Grech Carr, W. Ruggier, R. Sciortino, J. Schembri Young (1), L. Bowman, L. Schiavone, G. Massa (1), L. Pursehouse (2), M. Doczi, J. Bonello, M. Agius, C. Harrison

Referees: William Isaja, Debbie Tully

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here