Sunday, August 9, 2026
Home Sport Waterpolo: Malta tegħleb lit-Turkija u ttemm fil-11-il post tal-Kampjonati Dinjija ta’ Taħt...

Waterpolo: Malta tegħleb lit-Turkija u ttemm fil-11-il post tal-Kampjonati Dinjija ta’ Taħt is-16-il sena

0
4

Malta…………… 8

Turkija…………. 6

(2-2, 1-2, 4-1, 1-1)

It-Tim Nazzjonali Malti tal-Irġiel ta’ taħt is-16-il sena temm fil-11-il post fid-Dinja fil-Kampjonati Dinjija tal-Waterpolo tal-Irġiel tal-istess Kategorija tal-2026.

Dan meta għelbu lit-Turkija bl-iskor ta’ 8-6.

L-ewwel sessjoni ntemmet f’paritá ta’ 2-2, bit-Torok jjisrbħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bil-Maltin iżda jwettqu reazzjoni mill-aqwa fit-tielet sessjoni fejn rebħuha bl-iskor kbir ta’ 4-1. Dan sabiex l-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ 1-1.

Il-goals għall-Maltin waslu minn doppjetti personali ta’ Jake Simpson, Luca Schiavone u G. Massa, bil-goals l-oħrajn għal pajjiżna jaslu minn N. Spiteri u Benji Lewis.

Matul it-turnew ta’ sebat ijiem li sar f’Zagreb, il-Kroazja, erba’ plejers Maltin rebħu l-unur tal-Plejer tal-Logħba: Luigi Gatt (x2), Luca Schiavone (x2), Jake Simpson u Benji Lewis.

Prosit lill-iskwadra kollha, immexxija minn Paul Privitera, l-Assistant Coaches David Cutajar u Stephen Rizzo, it-Team Manager Silvio Borg u l-Fiżjo-Terapista, Keith Magro.

Malta: L. Gatt, M. Fenech, B. Schranz, N. Spiteri (1), J. Simpson (2), J. Abela Meli, G. Massa (2), M. Galea, B. Lewis (1), H. Brincat, L. Schiavone (2), S. Camilleri Bowman, G. Spiteri, M. Abdilla

Turkija: A. Aydemir, K. Gucluer, D. Guzel, E. Zulfikari (1), C. Terliksiz (1), K. Onur (2), H. Canpolat, H. Cerit, C. Kir (1), M. Akkusa, E. Ilik (1), M. Gercek, Y. Cinki, O. Ozdemir

Referees: Raffaele Colombo (Italja), Edson Asencio Alvarez (Messiku)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here