Monday, April 29, 2024

Waterpolo: Matthew Zammit – l-aħjar BOV Plejer għax-Xahar ta’ Marzu

Aqra wkoll

Il-captain ta’ San Ġiljan Matthew Zammit huwa l-BOV Plejer tax-Xahar tal-Waterpolo għal Marzu 2024.

Zammit wera l-ħila tiegħu fil-rebħa ta’ San Giljan bl-iskor ta’ 13-12 fuq Sirens. B’San Ġiljan erba’ gowls minn taħt fit-tieni sessjoni, ix-Xellugi baqa’ jispira lil-sħabu filwaqt li skorja ukoll 6 gowls wassalhom għar-rebħa. Aktar kmieni fix-xahar, Zammit kien skorja wkoll 5 gowls fiż-żewġ rebħiet kbar tat-tim tiegħu fuq Exiles u l-istess Sirens.

Ernest Agius, Chief Operations Officer fil-Bank of Valletta ppreżenta lil Zammit bit-trofew kommemorattiv tiegħu fil-preżenza tal-President tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akkwatiku ta’ Malta Karl Izzo.

Il-Bank of Valletta ilu l-isponsor ewlieni tal-waterpolo f’Malta mill-2008. Il-Bank ikompli fl-impenn li jippromwovi l-isport għall-benefiċċji tas-saħħa fiżika u mentali f’din is sena fejn il-BOV qed jiċċelebra l-50 sena ta’ operat tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport