Wednesday, April 24, 2024

Waterpolo: Passiġġata Beltija fuq Barracudas

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Valletta………… 16

Barracudas…….. 2

(2-0, 3-0, 5-1, 6-1)

Meta qed jintlagħbu partiti mill-cross-overs, Valletta xejn ma tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Barracudas bl-iskor kbir ta’ 16-2.

Prattikament din il-logħba spiċċat f’passiġġata kontra team mimli żgħażagħ li għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa tal-istaġun.

Iżda wieħed irid iqis ukoll li wara tant snin huma reġgħu remaw team li fil-ve­ritá huwa nieqes mill-esperjenza. Peró hemm bosta players promettenti li fil-futur għad jispiċċaw ma’ timijiet aktar rinomati.

Għal Valletta spikka Zachary Micallef li rreġistra hat-trick personali. 

Il-Beltin rebħu l-ew­wel sessjoni bl-iskor ta’ 2-0 b’Michele Mifsud jiskorja ż-żewġ goals tagħhom.

Huma ttrijonfaw ukoll fit-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-0, bl-iskorers ikunu Zachary Micallef, Michele Mifsud u Nicholas Farrugia.

Bir-rebħa aċċertata, it-team immexxi mill-coach Joe Cremona rebaħ ukoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 5-1, bl-awturi tal-goals ikunu Sebi Busuttil, Stephen Micallef, Zachary Micallef (2) u Nicholas Farrugia. T. J. Mifsud skorja l-uniku goal għal Barracudas

Valletta għamlu l-en plain meta rebħu wkoll l-aħħar sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 6-1, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Kyle Cremona, Tristan Said, Jan Culic (2), Andrea Agius u Luke Hyzler. Il-goal waħdani għal Barracudas wasal minn Dean Ciantar.

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia (2), 3-Tristan Said (1), 4-Luke Hyzler (1), 5-Sebi Busuttil (1), 6-Zachary Micallef (3), 7-Daniel Paolellla, 8- Michele Mifsud (2), 9-Stephen Micallef (2), 10-Andrea Agius (1), 11-Jan Culic (2), 12-Kyle Cremona (1), 13-Andrea Bugeja, 14-Reinhard Attard, 15-Luca Felice – Coach: Joe Cremona

Barracudas: 1-Matthew Gouder, 2-Ascanio Piccione, 3-Andrew Magri, 4-Paul Micallef, 5-Dean Ciantar (1), 6-Ryan Sciortino, 7-Sean Aquilina, 8-Luke Galea, 9-Dalton Camilleri, 10-Sean Camilleri, 11-Jeremy Bugeja, 12-T. J. Mifsud (1), 13-Claude Bugeja, 14-Larkin Abela – Coach: Michael Scerri

Referees: Mauro Luciani, Stefan Licari

Sport