Wednesday, April 24, 2024

Waterpolo: Sliema jiddominaw għal kollox lil Sirens

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sliema……….. 14

Sirens…………. 3

(4-0, 3-2, 5-0, 2-1)

F’partita mingħajr storja, Sliema għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 14-3.

Kienet wirja mill-aqwa għas-Slimiżi li ddominaw għal kollox lil Sirens b’dawn tal-aħħar ma jagħrfux iwettqu reazzoni tajba wara d-diversi goals li sofrew.

Għal darb’oħra Sliema reġ­għu kienu mingħajr il- player Jerome Gabarretta wara injury kemmxejn serja li sofra kontra Marsa­xlokk iktar kmieni matul dan l- istaġun li mistennija żżommu barra sa tmiem l-istaġun.

Sliema għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor kbir ta’ 4-0, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Liam Galea, Dino Zammit (2) u John Brownrigg.

Is-Slimiżi rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta’ 3-2, bil-goals għalihom jaslu minn Matthew Mifsud, John Brownrigg u Zach Mizzi. Dan filwaqt li Jacob Sciberras u Jerome Zerafa Gregory wieġbu għat-team minn San Pawl il-Baħar.

It-team immexxi mill-coach Spanjol, Beto Fernandez,  rebaħ ukoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 5-0, bl-awturi tal-goals ikunu Zach Mizzi, Benji Cachia, il-captain Mark Meli, Matthew Mifsud u Jayden Cutajar.

Bir-rebħa tkun ilha diġá assigurata, Sliema, naqsu ftit mir-rendiment tagħhom iżda kienu tajbin biżżejjed biex rebħu wkoll l-aħħar sessjoni bl-iskor strett ta’ 2-1, bl-iskorers għalihom ikunu Dino Zammit u Daniel Rizzo. Dan sabiex Matthew Sciberras permezz ta’ xutt mid-distanza wieġeb għal Sirens.

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Matthew Mifsud (2), 3-Liam Galea (1), 4-Daniel Rizzo (1), 5-Mark Meli (1), 6-Benji Cachia (1), 7-Jayden Cutajar (1), 8-Kieyan Borg, 9-John Brownrigg (2), 10-Jamie Gambin, 11-Zach Mizzi (2), 12-Dino Zammit (3), 13-André Theuma – Coach: Beto Fernandez

Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan, 4-Jacob Sciberras (1), 5-Jerome Zerafa Gregory (1), 6-Gianni Farrugia, 7-Matthew Chircop, 8-Isaiah Riolo, 9-John Napier, 10-Mikhael Cutajar, 11-Matthew Sciberras (1), 12-Matthias Azzopardi, 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Gabriel Melillo Coach: Marko Orlovic

Referees: Giuseppe Fusco, Ronnie Spiteri

Sport