Saturday, September 21, 2024

Waterpolo: Sliema jirbħu logħba bilanċjata kontra Sirens

Aqra wkoll

Sliema………………9

Sirens……………….6

(1-1, 3-1, 3-2, 2-2)

Sliema rebħu logħba bilanċjata kontra Sirens bl-iskor ta’ 9-6.

L-ewwel sessjoni ntemmet fi draw ta’ 1-1, bil-goal għas-Slimiżi jasal minn Andrija Prlaianovic, waqt li Matthias Azzoaprdi ġab l-iskor indaqs għat-team minn San Pawl il-Baħar.

Sliema rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals għalihom jaslu minn Andrija Prlainovic u Dmitri Kholod (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty. Matthias Pasztor skorja l-uniku goal għal Sirens.

Sliema ħarġu rebbieħa wkoll fit-tielet sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 3-2, bl-iskorers għalihom ikunu John Brownrigg minn man-up wara li tkeċċa Matthias Azzopardi, Zach Mizzi u Jamie Gambin ukoll minn man-up wara li reġa’ tkeċċa Matthias Azzopardi. Matthias Pasztor u Matthias Azzopardi wieġbu għal Sirens.

L-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ 2 -2, bl-awturi tal-goals għal Sliema jkunu Andrija Prlainovic minn penalty u Liam Galea. Matthias Pasztor (2) bl-ewwwl goal jasal minn man-up wara li tkeċċa John Brownrigg wieġeb għal Sirens.

Sliema:1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarraetta, 3-Liam Galea (1), 4-Jamie Gambin (1), 5-Zach Mizzi (1), 6-Benji Cachia, 7-Jayden Cutajar, 8-Matthew Mifsud, 9-John Brownrigg (1), 10-Dmitrii Kholod (2), 11-Andrija Prlainovic (3), 12-Dino Zammit, 13-Andrew Bugeja, 14-Elijah Schembri, 15-Sam Enferer Coach: Dejan Savic

Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan, 4-Pietro Figlioli (2), 5-Jerome Zerafa Gregory, 6-Gianni Farrugia, 7-Matthew Chircop, 8-Gabriel Melillo, 9-Mikhael Cutajar, 10-Matthias Pasztor (4), 11-Matthew Sciberras, 12-Matthias Azzopardi (2), 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Jake Cachia, 15-Gabriel Sammut Coach: Marko Orlovic

Referees: Alessandro Carer, Alex DeRaffaele

Sport