Tuesday, March 25, 2025

Weightlifters Maltin jispikkaw waqt is-46 edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar u fl-Open ta’ Malta

Aqra wkoll

Weightlifters Maltin spikkaw waqt is-46 edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar u fl-Open ta’ Malta li saru fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fiċ-ċentru ġdid tal-isport fil-Marsa.

B’kollox ħadu sehem madwar 150 parteċipant minn 15-il pajjiż differenti.

Tenishia Thornton, kellha 89kg fis-Snatch u 113kg fil-Clean & Jerk, b’total ta’  260 punt. Hija kissret numru ta’ rekords nazzjonali.

Roberta Tabone għamlet l-akbar refgħa personali ta’ 86kg fis-Snatch u 110kg fil-Clean & Jerk, b’total ta’ 245 punt.

Rylee Borg, kellu refgħa ta’ 130kg fis-Snatch u 156kg fil-Clean & Jerk, b’total ta’ 350 punt. Huwa kiser bosta rekords nazzjonali.

Vlad Baldacchino kellu refgħa ta’ 134kg fis-Snatch u 161kg fil-Clean & Jerk, b’total ta’ 340 punt.

Il-weightlifter ta’ 15-il sena Nathan Mifsud kellu refa’ ta’ 88kg fis-Snatch u 103kg fil-Clean & Jerk, b’total ta’ 305 punti u anke  rekords nazzjonali ġodda.

Kim Camilleri Lagana kellha refgħa ta’ 71kg fis-Snatch u 92kg fil-Clean & Jerk, b’total ta’ 240 punt.

Riżultati: European Small Nations Championships

  • Individual Juniors:
  • 1st Overall: Tenishia Thornton and Rylee Borg
  • 2nd Overall: Kim Camilleri Lagana
  • 3rd Overall: Nathan Mifsud
  •  
  • Doubles Juniors:
  • 1st Overall: Tenishia Thornton & Rylee Borg
  •  
  • Individual Seniors:
  • 3rd Overall: Tenishia Thornton and Rylee Borg
  •  
  • Doubles Seniors:
  • 2nd Overall: Tenishia Thornton & Roberta Tabone
  • 3rd Overall: Vlad Baldacchino & Rylee Borg
  •  
  • Team Event:
  • 2nd Overall: Thornton, Tabone, Baldacchino, and Borg

Riżultati: International Open Championships

  • Individual Youth:
  • 1st Overall: Kim Camilleri Lagana
  • 2nd Overall: Nathan Mifsud
  •  
  • Doubles Youth:
  • 1st Overall: Nathan Mifsud & Kim Camilleri Lagana
  •  
  • Individual Seniors:
  • 3rd Overall: Tenishia Thornton
  •  
  • Doubles Seniors:
  • 2nd Overall: Tenishia Thornton & Roberta Tabone
  • 3rd Overall: Vlad Baldacchino & Rylee Borg
  •  
  • Team Event:
  • 1st Overall: Thornton, Tabone, Baldacchino, Borg, Camilleri Lagana, and Mifsud

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport