Saturday, October 5, 2024

Weightlifting: Rylee Borg iwaqqaf rekords ġodda fil-Kampjonat tad-Dinja tal-Juniors

Aqra wkoll

Il-weightlifter żagħżugħ Rylee Borg waqqaf rekords ġodda meta kien qed jikkompeti fil-Kampjonat tad-Dinja Juniors fi Spanja. Borg ħa sehem fil-kategoirja 81Kg C.

Wara li tilef l-ewwel tentattiv tiegħu tal-113kg fl-Snatch, huwa irnexxielu il-113kg fit-tieni tentattiv filwaqt li anke għamel 116kg fit-tielet refgħa.

Fil-Clean and Jerk, Borg beda b’142kg. Huwa m’għamilx it-tieni tentattiv ta’ 147kg, biss irnexxielu jagħmel dan fit-tielet refgħa.

Huwa tella’ total ta’ 263kg li fissru rekords nazzjonali tal-Juniors.

Fl-istess kampjonati ħadu sehem Tenishia Thornton li spiċċat fl-għaxar post fil-World Rankings tal-64kg category u Kim Camilleri Laganà li spiċċat fis-seba’ post fil-grupp tagħha u fil-ħdax -il post fil-World Rankings.

Il-parteċipazzjoni kienet possibli grazzi għall-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport