West Bromwich Albion iridu lil Heitinga bħala kowċ
West Bromwich Albion qed isegwu wieħed mill-kowċis fl-istaff ta’ Liverpool sabiex jieħu post Carlos Corberan li mar jikkowċja ma’ Valencia.
Fil-fatt, West Brom qed jitkellmu ma’ John Heitinga sabiex hu stess ikun il-kowċ tagħhom għallinqas sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Heitinga għandu 41 sena u bħalissa hu assistent kowċ ta’ Liverpool flimkien ma’ dak ewlieni Arne Slot.