Il-club taċ-Championshiop, West Ham United, keċċew lill-coach Nuno Espírito Santo b’effett immedjat wara bidu diżappuntanti fl-istaġun tagħhom fil-Kampjonat.
Il-coach Portugiż ħallas il-prezz wara żewġ telfiet konsekuttivi f’darhom kontra Southampton u West Bromwich Albion, li ħallew lil West Ham fit-tmien post tal-klassifika u dgħajfu t-tamiet tagħhom li jiksbu promozzjoni immedjata lura għall-Premier League.
Nuno kien inħatar f’Settembru tal-2025 wara t-tkeċċija ta’ Graham Potter, iżda ma rnexxilux jevita r-relegazzjoni ta’ West Ham mill-ogħla diviżjoni fl-istaġun li għadda.
L-assistenti Rui Pedro Silva u l-coach tal-gowlkipers Rui Barbosa wkoll ħallew lill-club.




