Tuesday, February 4, 2025

West Ham United se jieħdu lura lil James Ward Prowse

Aqra wkoll

West Ham United se jkunu qed jitterminaw il-perjodu ta’ self li l-plejer ta’ nofs il-grawnd tagħhom James Ward-Prowse għandu ma’ Nottingham Forest. Dan il-plejer mhux qed jiġi użat fl-ewwel ħdax tal-Forest bil-kowċ Graham Potter ta’ West Ham United li qal li lest li jużah.

James Ward-Prowse għandu 30 sena u lagħab biss disa’ logħbiet matul l-ewwel ħames xhur tal-istaġun. Apparti West Ham United, hu lagħab ukoll ma’ Southampton.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport