Tuesday, December 24, 2024

Wieħed jista’ jagħżel is-supercar preferita tiegħu mil-lista disponibbli

Aqra wkoll

Permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ Scuola Di Guida Sicura ta’ Vito Popolizio, sewwieq tat-tlielaq li mar mill-karts għall-Formula 3000 f’ħames snin biss kemm f’kampjonati Taljani u Ingliżi, u direttur sportiv għat-tim Fortek Italia Motorsport Formula 3000, u l-produtturi tal-program televiżiv lokali motorsmt, id-dilettanti tal-karozzi Maltin issa għandhom l-opportunità ta’ esperjenza li ma jinsew qatt.

Fis-27 ta’ Ottubru fl-Autodromo di Vallelunga f’Ruma, fis-16 ta’ Novembru f’Enzo e Dino Ferrari f’Imola, u għal darb’oħra f’Imola l-għadha, is-17 ta’ Novembru, din id-darba fil-preżenza ta Giancarlo Fisichella bħala mistieden speċjali.

Lejlet l-avvenimenti, jiġifieri fis-26 ta’ Ottubru f’Vallelunga u fil-15 ta’ Novembru f’Imola se jkun hemm esperjenzi oħra meta wieħed jista’ jagħżel is-supercar preferita tiegħu mil-lista disponibbli u jħallas skont in-numru ta’ dawriet li jkun jixtieq jew tixtieq tagħmel.

Ekonomija

Sport