Mill-inqas disa’ persuni ċivili ġew maqtulin u 63 oħrajn midrubin fosthom tfal hekk kif il-forzi Russi wettqu attakk kbir fuq il-kapitali Ukrena Kyiv.
Dan qiegħed jiteqies bħala wieħed mill-agħar attakki li qatt wettqet ir-Russja fuq il-kapitali Kyiv.
F’dan l-attakk intlaqtu binijiet residenzjali li nqerdu għal kollox filwaqt li l-ħaddiema tas-salvataġġ għaddejjin bi ġlieda kontra l-ħin biex joħorġu aktar persuni ħajjin minn taħt it-tifrik.