F’konferenza stampa li saret gewwa s-Sala Parrokjali tal-Knisja tal-Ibrag, l-ex plejer Daniz Allan Simonsen inawgura wirja ta’ flokkijiet milbusa mir-rebbieha kollha tal-Ballun tad-Deheb sa mill-1956 meta kien gie introdott dan l-unur prestiggjuz.
Il-plejer leggenda Allan Simonsen rebah il-Ballun tad-Deheb fis-sena 1977 bhala plejer ta’ Borussia Monchengladbach, li maghhom irnexxielu jirbah darbtejn it-Tazza UEFA.
Simonsen stqarr li l-isbah zmien tal-karriera tieghu kien propju ma’ Barcelona, li maghhom rebah it-Tazza tat-Tazzi fl-1982 u anki rnexxielu jiskorja fil-finali.
Huwa qal ukoll li mat-Tim Nazzjonali Daniz l-aqwa mument kien il-kwalifikazzjoni miksuba ghall-Finali tal-Kampjonat Ewropew tal-1984 gewwa Franza b’gowl uniku li huwa skorja minn penalty kontra l-Ingilterra gewwa Wembley Stadium.
Meta mistoqsi liema kienu l-aktar partiti missielta, Simonsen kien pront wiegeb li d-derby ‘El Clasico’ kontra Real Madrid dejjem kienu battalji ibsin u rrefera ghad-difensur Spanjol Camacho bhala l-aktar plejer difficli li laghab kontra tieghu.
Simonsen tenna kemm huwa ta’ unur ghalih li qieghed f’pajjiz sabih bhal Malta sabiex jappoggja inizjattiva nobbli bhal din b’risq persuni bil-Parkinson’s.
Indirizza wkoll din il-konferenza stampa l-Ambaxxatur tal-Parkinson’s Adrian Casha, li esprima s-sodisfazzjon tieghu li l-kampanja nazzjonali ‘Sport For Parkinson’s issa qieghda fir-raba’ sena taghha.
Huwa zied jghid li l-futbol, kemm f’livell professjonali kif ukoll f’livell dilentattesk, huwa ghodda mill-isbah sabiex inkunu ta’ sostenn ghal xulxin f’mumenti ta’ sfida f’hajjitna.
Adrian Casha kellu wkoll kliem ta’ ringrazzjament ghall-organizzaturi ta’ din il-wirja ‘Sports Legends Malta’ u l-esibitur ewlieni Kenneth Formosa, li ilu jahdem fuq din il-kollezzjoni ghal dawn l-ahhar 25 sena, kif ukoll il-kollaboraturi ‘Visit Malta’.
Il-wirja tar-rebbieha tal-Ballun tad-Deheb b’risq Step Up For Parkinson’s tinsab miftuha ghall-pubbliku kuljum mit-8 ta’ flighodu sat-8 ta’ filghaxija sal-Hadd 11 ta’ Mejju, u tinkludi wkoll sezzjoni ta’ memorabilja sportiva ghal bejgh b’irkant.