Friday, September 13, 2024

Wojciech Szczesny jispjega r-raġuni tal-irtirar tiegħu mill-futbol

Aqra wkoll

Wara li fil-jiem li għaddew l-eks goalkeeper internazzjonali Pollakk Wojciech Szszesny ħabbar li rtira mill-futbol, hu kien qed jitkellem ma’ ġurnal f’pajjiżu fejn tkellem dwar x’wassal sabiex ħa din id-deċiżjoni fl-eta’ ta’ 34 sena.

Hu qal li xtaq jagħmel sena oħra ma’ Juventus iżda d-direttur sportiv Cristiano Giuntoli għarrfu li kien se jakkwistaw lil Michele de Gregorio mingħand Monza. Szszesny ma xtaqx jagħmel staġun fuq il-bank tar-riserva u għalhekk iddeċieda li aħjar jieqaf hawn. Hu qal ukoll li rrifjuta offerta ta’ Villareal li kienu lesti biex jakkwistawh għall-istaġun li ġej.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport