Friday, August 21, 2026
Home Sport World Blackball Championship: Philip Coleiro u Gary Carr jiffaċċjaw lil xulxin fil-finali...

World Blackball Championship: Philip Coleiro u Gary Carr jiffaċċjaw lil xulxin fil-finali llejla

0
41

Philip Coleiro u Gary Carr se jkunu qed jikkontestaw il-finali tal-ħames turnew ta’ kwalifikazzjoni għad-WPA World Blackball Championship f’konfront li mistenni jkun wieħed ferm eċitanti.

Sabiex wasal għal din il-finali, Carr għeleb lil Michel Curmi 6-2 u lil Jeffrey Farrugia 7-0 qabel ma’ ltaqa’ kontra Glenn Axiaq fil-kwarti tal-finali u rebaħlu 8-2. Fis-semifinali tal-bieraħ hu xejn ma sabha faċli sabiex għeleb l-isfida ta’ Owen Amato 9-7.

Min-naħa l-oħra, Coleiro rebaħ 6-2 lil Gordon Said u 7-6 kontra Wayne Pace qabel ma għeleb lil Miguel Mizzi 8-6 fil-fażi tal-aħħar tmienja. Fis-semifinali tal-bieraħ hu għeleb lil Ivan Rizzo 9-3.

Il-finali tal-lejla tintlagħab fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara u tibda fis-7.30. Min jirbaħ din il-finali jikseb post mat-tim nazzjonali Malti tal-irġiel li se jkun qed jikkompeti fid-WPA Blackball World Championship bejn l-20 u t-28 t’Ottubru fl-Ingilterra.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here