Saturday, September 14, 2024

Xavi jġedded il-kuntratt ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Is-sit elettroniku ta’ Barcelona ħabbar li l-kowċ tagħhom Xavi estenda ż-żmien tiegħu f’Camp Nou sat-30 ta’ Ġunju 2025 b’għażla li jtawwal ukoll sa sena wara.

Xavi għandu 43 sena u ilu mal-Katalani sa mis-sena 2021 fejn fl-istaġun li għadda mexxihom għar-rebħ ta’ La Liga Spanjola.

Xavi hu wkoll eks-plejer ta’ Barcellona hekk kif lagħab bejn l-1997 u l-2015 u għalhekk hu kkunsidrat bħala s-simbolu tal-klabb.

Ekonomija

Sport