Thursday, April 18, 2024

“Xi wħud flok ikkundannaw lil min ħammeġ, ħadu l-okkażjoni biex jattakkaw lill-Kunsill Laburista”

Aqra wkoll

Is-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit, ilbieraħ tella’ post fuq il-midja soċjali fejn esprima d-diżappunt tiegħu wara li xi persuni mhux magħrufa ħallew mandra fiċ-ċentru tal-Belt Valletta. 

Huwa qal kif kien hemm xi wħud li flok ikkundannaw lil min verament ħammeġ, ħadu l-okkażjoni biex jattakkaw lill-Kunsill Laburista sabiex jagħmlu ħsara lill-Belt Valletta. 

Is-Sur Zammit tenna li mill-ewwel ittieħdet azzjoni u sar it-tindif mill-Cleansing Department. Huwa rringrazzja lill-ħaddiema kollha filwaqt li qal li se jkomplu jaħdmu mal-pulizija sabiex jinqabad min għamel din il-mandra fiċ-ċentru tal-Belt Valletta. 

Huwa appella lin-nies sabiex jingħaqdu flimkien ħalli tinżamm l-indafa ġewwa l-kapitali. 

Ekonomija

Sport