Wednesday, December 25, 2024

X’jiġri jekk ir-Re Karlu III jabdika?

Aqra wkoll

Issa li sar magħruf li r-Re Karlu III tar-Renju Unit sfortunatament inħakem mill-marda tal-kanċer tqanqlu mistoqsijiet dwar x’jiġri  jekk saħħtu tmur lura u ma jkunx possibbli għalih li jibqa jaqdi d-dmirijiet tiegħu ta’ monarkiku.

Għalkemm tali okkorrenzi huma rari, kieku r-Re Karlu kellu jwarrab, il-kuruna tgħaddi għand il-membru li jmiss fil-linja tas-suċċessjoni tal-Familja Rjali. L-aħħar abdikazzjoni seħħet fl-1936 meta r-Re Dwardu VIII għażel li jerħi t-tron biex jiżżewweġ lil Wallis Simpson, attriċi Amerikana ddivorzjata. Iż-żwieġ ma’ persuna divorzjata kien meqjus bħala tabù fost il-monarkija Brittanika għal mijiet ta’ snin.

Ir-Re Karlu III, li issa l-Palazz ta’ Buckingham uffiċjalment ħabbar li għandu kanċer, ilu kap tal-istat Brittaniku mit-8 ta’ Settembru, 2022, wara l-mewt ta’ ommu r-Reġina Eliżabetta II.

Lejlet l-Ewwel tas-Sena 2024, ir-reġina Margrethe II tad-Danimarka ħabbret  l-abdikazzjoni tagħha bħala Reġina u ssemmiet operazzjoni reċenti fuq dahra u qalet li ż-żmien tagħha kien għadda. Binha l-kbir, il-Prinċep Frederik, kien is-suċċessur tagħha u issa huwa r-Re.

Fir-Renju Unit, kieku Karlu kellu jieħu deċiżjoni simili, ibnu, il-Prinċep William isir Re. Il-Prinċep George imbagħad jieħu l-post li jmiss fil-linja tas-suċċessjoni. Il-Prinċep Andrew, hu r-Re u l-Prinċep Harry, iben ir-Re sa issa għadhom fil-klassifika rjali minkejja l-kontroversji dwarhom.

Meta Elizabeth II mietet f’Settembru 2022, dawk kollha taħt ir-Re Karlu telgħu post wieħed fil-linja tas-suċċessjoni, b’William, il-Prinċep il-ġdid ta’ Wales, issa l-eredi tat-tron.

L-Att tar-Regency jista’ jidħol ukoll fis-seħħ kemm-il darba saħħet ir-Re tkompli teħżien u ma jkunx fiżikament kapaċita aktar minħabba mard, li jitkellem jew jiċċaqlaq. F’każ bħal dan, id-dmirijiet tiegħu jkunu mwettqa minn diversi membri tal-Familja Rjali.

Meta ingħata l-kuruna u allura t-tron, Karlu III sar l-ixjeħ persuna li qatt sar re fl-istorja Brittanika. Waqt li ndirizza lin-nazzjon wara l-mewt ta’ ommu, huwa kien stqarr li kif għamlet ir-Reġina stess b’tant devozzjoni u bla tfixkil, huwa ukoll wiegħed li matul ir-renju tiegħu se jżomm il-prinċipji kostituzzjonali fil-qalba tal-pajjiż

Il-kanċer tar-Re, imħabbar ftit jiem ilu, ġie skopert waqt operazzjoni riċenti għal tkabbir tal-prostata. Il-Palazz Buckingham qal fit-tħħu beda skeda ta’ trattamenti regolari, li matulu ġie avżat mit-tobba biex jipposponi d-dmirijiet tal-pubbliku. 

Rejiet u rġejjen jabdikaw għġż l-imħabba, pressjoni politika, jew twemmin reliġjuż.

ġina tal-Iskozja, Ġakbu VII tal-Iskozja – li kien ukoll Ġakbu II tal-Ingilterra.

Iz-ziju tar-Reġina Eliżabetta II, ir-Re Edward VIII, abdika mit-tron fl-1936 biex jiżżewweġ lil Wallis Simpson li kienet divorzjata darbtejn. Huwa kien ilu biss fuq it-tron għal 325 jum meta ffirma l-abdikazzjoni tiegħu.

Ekonomija

Sport