Monday, December 9, 2024

Bdiewa u raħħala Spanjoli jipprotestaw minkejja dak li tħabbar mill-KE

Aqra wkoll

Minkejja li jumejn ilu, il-Presidenttal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen ħabbret id-deċiżjoni li l-Kummissjoni se tirtira l-abbozz li kellu jnaqqas b’50% l-użu tal-pestiċidi mill-bdiewa tal-Ewropa sal-2030, mijiet ta’ bdiewa u raħħala fi Spanja ma tawx każ dn id-deċiżjoni u xorta ħarġu fit-toroq fi protesta kontra l-Gvern mmexxi mill-Prim Ministru  Pedro Sanchez.

Il-Bdiewa qed jixlu lil Sanchez dwar in-nuqqas ta’ għajnuna kontinwa lis-settur tagħhom. Huma qegħdin jitolbu li jkun hemm iktar flessibbiltà mill-Unjoni Ewropea rigward il-kriterji għall-biedja u biex l-awtoritajiet ikkonċernati jeżerċitaw kontroll aktar iebes għall-prodott agrikolu minn barra.

Fl-aħħar jiem l-aħbarijiet tal-Ewropa kienu dominati minn rapporti dwar id-dimsotrazzjonijiet ta’ protesta mill-bdiewa f’diversi pajjiżi fosthom Franza, il-Belġju, l-Olanda, l-Italja u anki f’pajjiżna. Dan meta l-bdiewa madwar l-Ewropa qed jargumentaw li r-regoli stipulati mill-Politika Komuni Ewropea għall-Agrikoltura qed inaqqsulhom sew mill-introjtu tagħhom filwaqt li huma qed ikollhom jerfgħu l-piż tal-prezzijiet għoljin tal-fuel u l-enerġija.

Ekonomija

Sport