Wednesday, July 24, 2024

Żewġ splużjonijiet f’Balochistan lejlet l-elezzjoni fil-Pakistan

Aqra wkoll

Żewġ splużjonijiet qatlu minn tal-inqas 22 persuna fil-provinċja ta’ Balochistan fil-Pakistan, fil-ġurnata ta’ qabel l-elezzjonijiet ġenerali. 

L-ewwel splużjoni qatlet 14-il persuna quddiem l-uffiċċju tal-partit ta’ kandidat indipendenti fid-distrett ta’ Pishin. It-tieni splużjoni ħalliet tmien persuni mejta fid-distrett ta’ Qillah Saif Ullah. Kien irrapportat ukoll li weġġgħu diversi persuni oħra f’dawn l-isplużjonijiet. 

L-ebda grupp ma ħa responsabbiltà tal-attakk f’Pishin filwaqt li għadhom qed jinħarġu aktar dettalji dwar it-tieni splużjoni. 

Il-midja internazzjonali qalet li f’dawn l-aħħar jiem seħħew diversi inċidenti vjolenti fil-provinċji ta’ Balochistan u Khyber Pakhtunkwa waqt il-kampanja qabel l-elezzjoni tal-Ħamis. 

Il-Pulizija għadha trid tiddetermina l-kawża ta’ dawn l-isplużjonijiet mentri l-persuni feruti ttieħdu fi sptarijiet oħra fil-viċin għall-kura. 

Ekonomija

Sport