Sunday, December 22, 2024

XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI

Aqra wkoll

Hu fatt li kull min jgħaddi mittoroq Maltin se jara x-xogħlijiet infrastrutturali li għaddejjin. Xogħlijiet li jvarjaw kemm irranġaw u twessiegħ ta’ toroq, u proġetti oħra marbutin mat-tisħiħ tad-distribuzzjoni tal-enerġija. Proġetti li meta jitlestew wieħed jibda jgawdi l-benefiċċji tagħhom.

Jekk nieħdu s-sitwazzjoni fil-pajjiż mis-sena 2013 naraw li l-pajjiż għamel għaxar snin ta’ suċċessi. Traħħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’25%. Dan wassal biex inżammet stabbiltà għax sar investiment fil-ġenerazzjoni tal-enerġija.

Dan iżda issa kien wasal iż-żmien li jiġġedded. Tiġġedded il-politika tal-enerġija.
Kien għalhekk li bdiet titfassal politika biex permezz tad-diversifikazzjoni għal enerġija aktar nadifa, l-emissjonijiet minn dan is-settur jonqsu b’ammont sostanzjali.

Prattikament dan ifisser li l-viżjoni għal enerġija iktar nadifa bdiet titwettaq
u bix-xogħlijiet li hemm ippjanati se tkompli tissaħħaħ.Naqblu li l-viżjoni
tal-enerġija ta’ dan il-Gvern hi waħda mifruxa u maħduma bil-għaqa.

Hi bbażata fuq ħames pilastri, li tinkludi l-affordabbilità tal-prezz talener­ġija, id-diversifikazzjoni tassorsi tal-enerġija u li nżommu lkonsumatur fiċ-ċentru tas-sistema tal-enerġija.

Dan il-pjan għandu jwassal biex nibqgħu nżommu lprezzijiet affordabbli filwaqt li nimxu lejn ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa permezz ta’ teknolo­ġija rinnovabbli.
Is-sitwazzjoni f’pajjiżna llum hi tali li pajjiżna għandu kapaċità li jiġġenera 800 MW.

Dan hu ġenerat mill-impjanti tal-enerġija f’Delimara, l-interconnector u sorsi rinnovabbli. M’hemm ebda dubju li din hi strateġija li ħadmet u għalhekk hu
importanti li din l-energy mix tkompli tiġi diversifikata. Iż-żieda id-domanda għallelettriku titlob li pajjiżna jaħdem fuq politika tal-enerġija.

Din il-ħidma inbdiet u hi intiża biex tkabbar il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni, u tkompli ssaħħaħ u żżid infrastruttura ġdida ta’ distribuzzjoni, b’enfasi fuq id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ ener­ġija rinnovabbli.

Il-Gvern investa ukoll fuq sorsi rinnovabbli onshore, waqt li għaddejjin studji u ħidma għal proġetti oħra marbutin mal-enerġija fosthom il-pajp tal-gass li jqabbadna direttament ma’ Sqallija u t-tieni interconnector.

Ma’ dawn imbagħad għandek għadd ta’ proġetti li għaddejjin fit-toroq tagħna. Oħrajn li qegħdin jiġu ippjanata bħal proġett massiċċ li se jsir fl-Imsida. Proġett ieħor ta’ fejda li ma tantx jissemma hu dak ta’ New Water, proġett importanti ħafna għall-bdiewa.

Dawn huma proġetti li jiswew miljuni kbar ta’ flus. Proġetti li jridu ż-żmien biex isiru. Proġetti li forsi mhux dejjem napprezzawhom daqstant u neħduhom qishom xejn mhu xejn.

Wieħed irid jiftakar li waqt li għaddej dan l-investiment massiċċ, il-kontijiet tad-dawl baqgħu irħas u t-taxxi ma żdidux.

Ekonomija

Sport