Il-midfielder offensiv ta’ Marsaxlokk Yuri Messias ġie vvutat bħala l-LifeStar MVP għal Novembru.
Il-wirjiet eċċezzjonali tiegħu matul ix-xahar, partikolarment fir-rebħiet fuq Balzan (2-1), u ċ-champions renjanti Hamrun Spartans (3-2), fejn kien ukoll ivvutat MVP fiż-żewġ logħbiet, assigurawh dan il-premju prestiġjuż.
Minn 56 vot mitfugħa mill-istakeholders, Yuri kiseb 22 vot, u spiċċa għaxar voti qabel ir-runner-up Emerson Marcelina (Hamrun Spartans), li kiseb 12-il vot, filwaqt li Carlo Zammit Lonardelli ta’ Floriana poġġiet it-tielet b’seba’ voti.
Il-premju tal-MVP ta’ Novembru ġie ppreżentat lil Yuri Messias il-Ħadd waranofsinhar mill-Kap Eżekuttiv tal-LifeStar Insurance Roberto Apap Bologna, qabel id-draw ta’ 1-1 ta’ Marsaxlokk ma’ Naxxar Lions fis-Centenary Stadium.