Żagħżugħ ta’ 24 sena jsofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn karozza u mutur f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Bangladesh weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar, għall-ħabta tad-9.30 ta’ dalgħodu.

Fl-inċident kienu involuti mutur Kymco Agility, misjuq miż-żagħżugħ, u karozza Toyota Ractis, misjuqa minn mara ta’ 55 sena. Iż-żewġ sewwieqa huma residenti San Pawl il-Baħar.

Iż-żagħżugħ ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post qabel ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport