Monday, December 9, 2024

Zelensky jilmenta li l-Gwerra f’Gaza naqset l-attenzjoni minn fuq dik ta’ pajjiżu

Aqra wkoll

Il-President tal-Ukrajna, Volodymr Zelensky, qal li l-Gwerra f’Gaza “qiegħda ttellef mill-attenzjoni” tal-gwerra li għandhom bħalissa kontra r-Russja. Il-kummenti tiegħu saru hekk kif qiegħed jiżdied ix-xettiċimu dwar fondi lill-Ukrajna minn għadd ta’ pajjiżi Ewropej u mill-Istati Uniti.

L-attenzjoni fuq l-aspetti umanitarji, diplomatiċi u tal-midja riċentement daru fuq il-bombardamenti u l-avvanzi tat-truppi Iżraeli f’Gaża, liema attakki swew il-ħajja ta’ kważi 9,500 persuna kawża ta’ attakk mill-Hamas fuq Iżrael. Dan huwa minnu però wieħed irid iżomm f’moħħu li l-Gwerra fl-Ukrajna għadha għaddejja u għaldaqstant għad hemm il-vittmi. 

Aħbar pożittiva fir-rigward hija dik li s-Sibt li għadda, l-NBC irrapporta li ufffiċjali Amerikani, mexxejja tal-Punent inklużi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iddiskutew il-possibbiltà ta’ negozjati għall-paċi bejn l-Ukrajna u r-Russja. 

Ta’ min isemmi però, li waqt żjara li kellha fl-istess jum il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, din ġiet ikkwotata li qalet li “se tkun viċin l-Ukrajna sakemm hemm bżonn”. 

Ekonomija

Sport