Sunday, December 22, 2024

Żewġ għażliet għal David De Gea biex jirritorna fil-Premier League

Aqra wkoll

David De Gea ilu mingħajr club għal dawn l-aħħar xhur, wara li ħalla lil Manchester United malli skada l-kuntratt tiegħu fl-aħħar ta’ Ġunju. Minkejja rabtiet ma’ bosta clubs, inklużi dawk ta’ La Liga, huwa baqa’ aġent ħieles, għalkemm dan jista’ jinbidel matul is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa.

L-aktar riżultat probabbli f’dan l-istadju huwa li De Gea jirritorna fil-Premier League. Huwa jista’ jerġa’ jingħaqad ma’ Manchester United,  bħala s-sostitut denju ta’ Andre Onana, li ngħaqad mal-Kamerun għat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ta’ dan ix-xahar.

Bl-istess mod, huwa ġie msejjaħ ukoll li jista’ jingħaqad ma’ Newcastle, li tilfu lill-ewwel għażla, Nick Pope, minħabba injury li sofra lejn l-aħħar tal-2023.

L-irtirar huwa wkoll għażla għal De Gea. Jekk ma jkunx jista’ jsib club ġdid dan iħalli effett fuq l-eks goalkeeper ta’ Atletico Mad­rid, għalkemm l-għan ewlieni tiegħu huwa li jirritorna fil-football kemm jista’ jkun malajr.

Ekonomija

Sport