Sunday, December 22, 2024

Żewġ imħallfin nisa jinqatlu fl-Afghanistan hekk kif tkompli tiżdied il-vjolenza fil-pajjiż

Aqra wkoll

Żewġ imħallfin nisa fil-Qorti Suprema tal-Afghanistan inqatlu kmieni dalgħodu f’attakk fil-kapitali tal-pajjiż, Kabul, hekk kif qed tkompli l-mewġa ta’ vjolenza mill-militanti fil-pajjiż.

Matul dawn l-aħħar xhur l-Afghanistan ra żieda sinjifikanti f’attakki minkejja t-taħditiet kontinwi bejn il-Gvern Afghan u t-Taliban. Il-biċċa l-kbira tal-attaki qed jitwettqu f’Kabul.

F’dan l-aħħar attakk, li l-President Ashraf Ghani qed jitfa’ l-ħtija fuq it-Taliban, seħħ jumejn biss wara li l-Pentagon ħabbar li n-numru ta’ truppi Amerikani fil-pajjiż issa kien niżel għal 2,500, l-inqas livell fi kważi 20 sena.

L-attakk fuq l-imħallfin seħħ hekk kif kienu sejrin l-uffiċċju tagħhom f’vettura tal-Qorti.

Kelliemi għall-Qorti Suprema, Ahmad Fahim Qaweem, qal li attwalment hemm aktar minn 200 imħallfin nisa jaħdmu fl-ogħla qorti tal-pajjiż.

Il-Qorti Suprema tal-Afghanistan kien diġà safa fil-mira ta’ attakk fl-2017, meta aktar minn 20 persuna nqatlu b’41 persuna oħrajn jindaru f’attakk suwiċida.

Ekonomija

Sport