Friday, July 19, 2024

Mill-inqas 73 persuna jmutu f’terremot qawwi fl-Indoneżja

Aqra wkoll

Mill-inqas 73 persuna mietu fl-Indoneżja wara li terremot heżżeż il-provinċja ta’ West Sulawesi. It-terremot huwa l-aħħar minn sensiela ta’ diżastri li laqtu lill-pajjiż fix-Xlokk tal-Ażja.

Aktar minn 820 persuna ndarbu kaġun tat-theżżiża, filwaqt li 27,800 persuna oħra ħarbu minn djarhom wara t-terremot ta’ 6.2 fuq l-Iskala Richter.

Għadd ta’ persuni marru fil-muntanji biex ikunu siguri, filwaqt li numru kbir oħrajn fittxew kenn f’ċentri ta’ evakwazzjoni

Kelliemi għall-aġenzija għall-mitigazzjoni ta’ diżastri fl-Indoneżja (BNPB) qal li ufiċjali tal-pulizija u l-militar qed jissorveljaw diversi reġjuni milqutin mit-terremot biex jaċċertaw li binjiet abbandunati ma jisfawx fil-mira ta’ serq.

Dwikorita Karnawati, il-kap tal-aġenzija metereoloġika tal-Indoneżja qal li terremot qawwi ieħor jaf jikkaġuna tsunami fir-reġjun.

Ekonomija

Sport