Hekk kif intlagħbet it-tieni ġimgħa ta’ logħob mill-kampjonat tal-Beach Soccer tal-Irġiel, spikkaw żewġ konfronti ferm bilanċjati li eventwalment spiċċaw fi draw.
Costa Viola u La Playa de Arena temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw spettakolari ta’ 8-8 filwaqt li Slieam Beach Soccer, fit-ritorn tagħhom minn parteċipazzjoni pożittiva mill-Euro Winners Cup, spiċċaw fi draw ta’ 4-4 kontra WA Agency.
Anke Ħamrun irritornaw għal-logħob wara l-esperjenza tagħhom Ewropea u għelbu lil Phoenix 8-2. Dawn tal-aħħar pattew ta’ din it-telfa hekk kif għelbu lil Ballun FC 7-1.
Din il-ġimgħa se tkun waħda intensiva hekk kif se jkunu qed jintlagħbu disa’ logħbiet b’dan il-programm:
Illum:
18:00 – WA Agency vs Ħamrun SC
19:15 – La Playa de Arena vs Spartans.
20:30 – Sliema Beach Soccer vs Costa Viola
L-Erbgħa:
18:00 – Ballun FC vs Costa Viola
19:15 – Sliema Beach Soccer vs La Playa de Arena
20:30 – Spartans vs Ħamrun Beach Soccer



