Tuesday, December 24, 2024

Żewġ persuni bi ġrieħi ħfief wara li kienu fuq il-bankina u ntlaqtu minn vettura f’Santa Venera

Aqra wkoll

Raġel ta’ 57 sena residenti l-Ħamrun u ieħor ta’ 54 sena residenti l-Belt ħelsuha ħafif f’inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8:00 p.m fi Triq il-Kbira San Ġużepp f’Santa venera.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Smart li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 64 sena residenti l-Imsida u karozza Skoda misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti Birkirkara. Fl-imsemmi inċident weġġgħu ż-żewġt irġiel li kienu fuq il-bankina waqt li seħħet il-ħabta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assistew liż-żewġ sewwieqa sakemm dawn setgħu jittieħdu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw aktar kura. Aktar tard, ir-raġel li kein qed isuq l-Ismart ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li s-sewwieq l-ieħor qed isofri minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ilbieraħ filgħaxija: Triq f’Santa Venera magħluqa għat-traffiku wara ħabta

Mill-inqas persuna sofra xi ġrieħi f’inċident li seħħ għall-ħabta tad-9:00 p.m fi Triq il-Kbira San Ġużepp f’Santa Venera.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Smart u oħra tal-għamla Skoda.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza flimkien ma membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel assistenza.

Skont informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li s-sewwieq tal-iSmart kellu jittieħed l-isptar għal aktar attenzjoni medika.

It-triq tinsab temporanjament magħluqa għat-traffiku filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratti: Matthias Brancaleone

Ekonomija

Sport