Żewġ persuni ta’ nazzjonalità barranija, intbagħtu lura pajjiżhom, wara li kienu qed jgħixu f’Malta b’rekord kriminali.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield f’kitba fuq il-midja soċjali fejn qal li mara li serviet bosta sentenzi kriminali u raġel minn pajjiż Ewropew li kien fl-aħħar fażi tas-sentenza tiegħu, intbagħtu lura fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom.
Il-Ministru qal li persuni li m’humiex Maltin u għandhom rekord kriminali, ma jistgħux jitħallew jgħixu f’Malta.
