Żewġ persuni l-isptar wara li kienu involuti f’inċidenti separati

Aqra wkoll

Dalgħodu, żewġ persuni kellhom jiddaħħlu l-isptar wara li kienu involuti f’inċidenti tat-traffiku separati. Iż-żewġ inċidenti seħħew ftit wara s-7:00am.

L-ewwel inċident seħħ fi Triq San Ġiljan, f’San Ġwann, fejn għal xi raġuni mutur kellu impatt ma’ karozza pparkjata. Fil-karozza, tal-għamla Mazda, kien hemm mara ta’ 35 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, filwaqt li s-sewwieqa tal-mutur kienet mara Kolombjana ta’ 37 sena residenti San Ġwann.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza, li ħa lill-mara Kolombjana l-Isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħha s’issa għadha mhix magħrufa.

Ftit tal-ħin wara, il-Pulizija ġew infurmati li kien seħħ inċident ieħor, din id-darba fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa.

F’dan l-inċident kienu involuti vann Citroën Dispatch u mutur Honda 125.

Il-vann kien misjuq minn raġel Indjan ta’ 34 sena residenti l-Fgura, filwaqt li s-sewwieqa tal-mutur kienet mara Kolombjana ta’ 43 sena residenti l-Mosta.

Il-mara Kolombjana ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Il-kundizzjoni tagħha wkoll għadha mhix magħrufa. Il-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport