Saturday, September 14, 2024

Żewġ plejers fil-mira ta’ Newcastle United

Aqra wkoll

Il-ġimgħa l-oħra, xi scouts ta’ Newcastle United kienu l-Italja, eżattament fl-ibliet ta’ Bergamo u Genova sabiex josservaw żewġ plejers partikolari, Teun Koopmeiners ta’ Atalanta u Radu Dragostin ta’ Genoa.

Id-diriġenti tal-Magpies qed jaraw lil Koopmeiners bħala s-sostitut ideali ta’ Sandro Tonali li jinsabu sospiż fuq imħatri illegali. Hu jikkumplimenta ħafna mal-istil tal-kowċ Eddie Howe u jista’ jkun li f’Jannar ikun qed jilgħab f’St James Park.

Min-naħa l-oħra, Dragustin li hu difensur jaf ikun dak il-plejer ideali biex Howe itawwal l-iskwadra fejn anke l-prezz tiegħu hu biss ta’ €30 miljun.

Ekonomija

Sport